Ir-Reġistru
tal-Programm Pilota ta’ Skrinjar tal-Kanċer ta’ l-Imsaren
Jekk tkun mistieden/mistiedna biex tieħu parti fil-Programm
Pilota ta’ Skrinjar tal-Kanċer ta’ l-Imsaren, id-dettalji
tiegħek jinżammu fir-Reġistru tal-Programm Pilota ta’
Skrinjar tal-Kanċer ta’ l-Imsaren. L-HIC, l-istess organizzazzjoni
li żżomm ir-rekords tal-Medicare tiegħek, iżżomm ir-Reġistru.
Informazzjoni miżmuma fir-Reġistru hija protetta mil-liġi
u d-dettalji personali tiegħek jinżammu privatament
u konfidenzjali, u ma jkunux mikxufa kontra l-liġi.
X’jagħmel ir-Reġistru Ir-Reġistru
- jistieden nies li jkollhom minn 55 sa 74 sena biex
jieħdu sehem fl-iskrinjar tal-kanċer ta’ l-imsaren
- jibgħat ittri biex ifakkar lin-nies li ma jkunux
bagħtu l-FOBTs tagħhom lil-laboratorju f’sitt ġimgħat
- iżomm kuntatt ma’ nies b’riżultat pożittiv ta’ FOBT
biex
jgħinhom jiżguraw li jieħdu l-kura medika xierqa
- javża lin-nies meta jkun wasal iż-żmien tagħhom
għat-test ta’ l-iskrinjar li jkun imiss
- jiġbor informazzjoni dwar parteċipazzjoni fil-Programm
Pilota ta’ Skrinjar tal-Kanċer ta’ l-Imsaren, inkluża
l-istorja ta’ skrinjar u riżultati ta’ testijie
PROGRAMM PILOTA TA’ SKRINJAR TAL-KANĊER TA’
L-IMSAREN
Fl-Awstralja l-kanċer ta’ I-imsaren huwa l-kanċer l-aktar
komuni li jaffettwa kemm l-irġiel kif ukoll lin-nisa
u huwa t-tieni l-aktar kawża komuni ta’ mewt li għandha
x’taqsam mal-kanċer wara l-kanċer tal-pulmun. Madwar
90 Awstraljan imutu kull ġimgħa mill-kanċer ta’ l-imsaren.
Madankollu, l-aħbar it-tajba hija li l-kanċer ta’ I-imsaren
huwa wieħed mill-aktar tipi ta’ kanċer li jistgħu jkunu
kkurati jekk jinstab kmieni. Skoperta kmieni toffri
l-aħjar tama għat-tnaqqis tan-numru ta’ Awstraljani
li jmutu mill-kanċer ta’ l-imsaren.
Test sempliċi, li jista’ jsir fid-dar u jintbagħat biex
ikun analizzat, issa jista’ jsir għal skrinjar ta’ kanċer
ta’ l-imsaren. Meta tagħmel dan it-test regulari, inti
tista’ tnaqqas ir-riskju tiegħek li tmut mill-kanċer
ta’ l-imsaren b’terz. Dan ifisser li l-iskrinjar għall-kanċer
ta’ I-imsaren jista’ jsalva l-ħajjiet.
X’inhu l-kanċer ta’ l-imsaren?
Il-kanċer ta’ I-imsaren huwa xi ħaġa malinna li tikber
li tiżviluppa l-biċċa l-kbira fil-musrana l-kbira (il-kolon
u r-rektum tiegħek). L-imsaren tiegħek huma parti mis-sistema
diġestiva ta’ l-ikel tiegħek. Jikkonnettjaw l-istonku
tiegħek u l-anus tiegħek, fejn materjal ta’ ħmieġ mhux
meħtieġ (magħruf bħala moviment ta’ I-imsaren jew ħmieġ
tal-bniedem) jgħaddi ‘l barra mill-ġisem. Il-biċċa l-kbira
tal-kanċers ta’ I-imsaren
jiżviluppaw minn xi ħaġa żgħira li tikber li tissejjaħ
polipu. Il-polipi jidhru bħal tikek żgħar fuq l-inforra
ta’ I-imsaren jew bħal ċirasa fuq iz-zkuk. Mhux il-polipi
kollha jiżviluppaw f’kanċer. Jekk il-polipi jitneħħew,
ir-riskju tiegħek ta’ kanċer ta’ I-imsaren jitnaqqas.
Il-kanċer ta’ I-imsaren jista’ jiżviluppa mingħajr xi
sinjali ta’ twissija kmieni. Il-kanċer jista’ jikber
fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ I-imsaren għal diversi snin
qabel jinxtered għal partijiet oħra tal-ġisem tiegħek.
Ħafna drabi ammonti żgħar ta’ demm inixxu minn dak li
jkun qed jikber ġewwa u jgħaddu waqt il-moviment ta’
I-imsaren qabel ikunu nnutati xi sintomi.
It-Test ta’ l-Iskrinjar tal-Kanċer ta’ l-Imsaren:
FOBT
It-test ta’ l-iskrinjar tal-kanċer ta’ I-imsaren jissejjah
Faecal Occult Blood Test (FOBT) u jista’ jiskopri ammonti
żgħar ta’ demm waqt moviment ta’ I-imsaren tiegħek.
Il-FOBT huwa test sempliċi li inti tagħmel fid-dar tiegħek
stess qabel jintbagħat lil-laboratorju tal-patoloġija
għal analiżi. It-test huwa ta’ malajr, ħafif u mingħajr
uġigħ. Biex iżżid iċ-ċansijiet li tiskopri ammonti żgħar
ta’ demm waqt moviment ta’ l-imsaren tiegħek, inti jkollok
bżonn tieħu kampjuni minn żewġ okkażżjonijiet separati
meta tmur it-toilet.
Jekk ikun hemm preżenza ta’ xi demm fil-kampjuni li
inti tibgħat il-laboratorju (magħruf bħala test pożittiv),
inti tkun mitlub/a li tikkuntattja lit-tabib tiegħek
billi l-kawża tad-demm trid tkun investigata.
X’aktarx li t-tabib tiegħek jirrakomanda li inti tagħmel
colonoscopy biex isib il-kawża tad-demm.
Min għandu riskju tal-kanċer ta’ l-imsaren?
Kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa għandhom riskju li jiżviluppaw
kanċer ta’ I-imsaren u r-riskju huwa akbar għal nies:
- li għandhom 50 sena jew aktar – ir-riskju jiżdied
maż-żmien
- bi storja fil-familja ta’ kanċer ta’ I-imsaren jew
polipi
- li kellhom mard ta’ infjammazzjoni ta’ l-imsaren
- li qabel kellhom tipi speċjali ta’ polipi, imsejħa
adenomas, fl-imsaren
Il-Programm Pilota ta’ Skrinjar tal- Kanċer
ta’ l-Imsaren
Fl-erba’ snin li ġejjin sa 69,000 Awstraljan bejn l-eta’
ta’ 55 sena u 74 sena f’Jannar 2003 u li joqogħdu f’partijiet
ta’ South u West Adelaide, Nort East Melbourne jew Mackay
Queensland, se jkunu mistiedna biex jieħdu sehem fl-iskrinjar
tal-kanċer fl-imsaren.
Il-Gvern Federali alloka $7.2 miljun għall-Programm
Pilota ta’ Skrinjar tal-Kanċer ta’ I-Imsaren biex jgħin
isib kmieni l-kanċer ta’ I-imsaren u jnaqqas in-numru
ta’ Awstraljani li jmutu kull sena mill-marda. Ir-riżultati
tal-Programm Pilota jgħinu lill-Gvern jippjana għal
programm nazzjonali ma’ l-Awstralja kollha.
|